...iż-żewġt'irġiel kienu akkużati illi weġġgħu lil żewġ żgħażagħ Maltin, b'wieħed isofri ġrieħi gravi
Żewġt'irġiel ingħataw sentenza sospiża b'konnessjoni ma' inċident ta' swat f'Paceville wara li nnegozjaw ftehim li kien milħuq bejn l-Avukat Ġenerali u d-difiża.
Iż-żewġ bouncers, wieħed Kroat u ieħor Rumen, kienu akkużati illi weġġħu żgħażagħ Maltin. Nicholas Aquilina mill-Marsa sofra minn ġrieħi gravi filwaqt li sieħbu, Larkin Stafrace sofra minn ġrieħi ħfief.
Minkejja li għall-ewwel kienu wieġbu li mhumiex ħatja, l-irġiel aċċettaw il-ħtija biex setgħu jidħlu f'arranġament, illi permez tiegħu jieħdu sentenza inqas iebsa.
Wieħed mill-irġiel ingħata sentenza ta' sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin, filwaqt li l-persuna l-oħra ingħatat sentenza ta' 22 xahar ħabs sospiżi għal erba' snin ukoll.
Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej.
Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.