Qorti | 'Kienu qed jitfgħuli xi ħaġa fil-kafè u kont inħossni għajjien'

...fil-Qorti l-Ispettur Kurt Zahra jixhed kif l-akkużat kien saħansitra qal lill-Pulizija li kien ikun aħjar kieku ta' daqqa ta' sikkina lilu nnifsu wara d-delitt....

Ix-xena tad-delitt fil-Għargħur  |  Ritratt James Bianchi
Ix-xena tad-delitt fil-Għargħur | Ritratt James Bianchi

Meta kien qed jixhed fil-każ tal-qtil fil-Għargħur li seħħ ġimgħatejn ilu u li ħalla anzjana mejta u oħra midruba, l-Ispettur Kurt Zahra qal illi meta mistoqsi kif jiddeskrivi ir-relazzjoni tiegħu maż-żewġ nisa l-akkużat  wieġeb 'ħażina'. Meta kien interrogat mill-Pulizija l-akkużat allega li dawn it-tnejn kienu jindaħlulu f'dak li jirrigwarda relazzjonijiet u kienu jitfgħulu xi ħaġa fil-kafè, bil-konsegwenza li kien qed iħossu għajjien fil-jiem ta' qabel il-qtil. Meta darba imbagħad sema' lil waħda minn nisa tgħid lill-oħra, "tgħid induna?" hu fehem li s-suspetti tiegħu kienu kkonfermati. 

Zahra spjega kif l-akkużat l-ewwel ta' daqqa ta' sikkina lil zitu. Dar u sab lill-ommu tibki u taha daqqa ta' sikkina wkoll. Huwa qal, kompla jgħid Zahra, illi kien ikun aħjar kieku niffed lilu nnifu bis-sikkina wkoll."

L-Ispettur Elton Taliana. li qed imexxi l-Prosekuzzjoni ma' Zahra, qal lill-Qorti li l-kafè ittieħed minn espert għal testijiet. 

 

More in Kronaka