Raġel bi ġrieħi gravi wara ħabta f'Ħal Far

Il-każ seħħ illum għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara ħabta li seħħet fi Triq Ħal Far, f'Ħal Far.

Il-każ seħħ illum għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li r-raġel, li għandu 46 sena mill-Belt Valletta ħabat ma' vettura li kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta' 21 sena mill-Marsa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejja.

More in Kronaka