Il-Pulizija għadha qed tinvestiga numri ta' persuni oħrajn fuq il-qtil ta' Daphne

Minkejja li hemm tlett'irġiel akkużati bil-qtil ta' Caruana Galizia, il-Pulizija xorta għadhom qed jinvestigaw persuni oħrajn

Il-Pulizija għadhom, attivament, qed jinvestgaw numru ta' persuni b'konnessjoni mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, semgħet il-Qorti.

Dan ħareġ hekk kif l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali għamel sottomissjonijiet għal talba, mill-ġdid għal ħelsien mill-arrest, mit-tliet irġiel li kienu akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia dalgħodu. 

L-aħwa Alfred Degiorgio, magħruf bħala l-Fulu, George Degiorgio magħruf bħala ċ-Ċiniż u Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu ilhom taħt arrest mill-4 ta' Diċembru

 

More in Kronaka