Philip Borg minn Ħaż-Żebbuġ irrappurtat nieqes

L-aħħar li deher, Borg kien liebes flokk blu skur u shorts blu skur u kien qed isuq vettura bajda

Philip Borg li għandu 52 sena u kien irrappurtat nieqes wara li l-aħħar li deher fir-residenza tiegħu ġewwa Ħaż-Żebbuġ nhar il-Ħadd li għadda.

L-aħħar li deher, Borg kien liebes flokk blu skur u shorts blu skur u kien qed jagħmel użu mill-vettura Isuzu Trooper ta' lewn abjad.

Kull min għandu xi informazzjoni jista' jgħaddieha lill-Pulizija, anke b'mod kunfidenzjali fuq in-numru 21224001 jew 119.

Jista' wkoll jgħaddiha fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.

Xerred dan l-artiklu biex tgħin lill-Pulizija ssib lil Philip Borg

 

More in Kronaka