Irġiel mgħammda javviċinaw sid ta' ħanut ftit wara li għalaq u daħal fil-karozza

Is-serqa ġiet sfrattata mill-vittma stess meta rnexxielu jżomm wieħed mill-aggressuri

Żagħżugħ ta' 17-il sena qed jinżamm arrestat wara li flimkien ma' sieħbu avviċina raġel Ingliż ta' 47 sena meta kien fil-karozza, ftit wara li għalaq il-ħanut tiegħu, bil-għan li jisirquh.

Skont il-Pulizija, iż-żewġt irġiel kienu mgħammda u wieħed minnhom kien qed iżomm arma tan-nar li aktar tard irriżulta li kienet finta.

Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tat-tlieta neqsin għoxrin fi Pjazza Vittora fix-Xagħra.

Il-vittma rnexxielu hu stess iżomm wieħed mill-aggressuri iżda sofra xi ġrieħi ta' natura ħafifa.

Sadanittant laħqu waslu l-Pulizija li arrestaw liż-żagħżugħ ta' 17-il sena u għaddejja tfittxija għall-persuna l-oħra

More in Kronaka