Erba' persuni jweġġgħu waqt ġlieda f'Tas-Sliema

Il-każ seħħ fi Triq ix-Xatt meta nqalgħet ġlieda bejn għadd ta' persuni

Erba' persuni weġġgħu fi ġlieda li nqalgħet ilbieraħ filgħaxija fi Triq ix-Xatt f'Tas-Sliema.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm ġlieda bejn għadd ta' persuni.

Il-ġlieda nqalgħet bejn tliet żgħażagħ ta' 26, 27 u 29 sena u mara ta' 48 sena. L-erba' persuni huma Żvediżi residenti Ħal Qormi.

Il-persuni l-oħra nvoluti fil-ġlieda għadhom mhux magħrufa.

It-tliet ġuvintur qed isofru minn ġrieħi gravi filwaqt li l-mara sofriet biss ġrieħi ħfief.

L-investigazzjoni tal-Plizija għadha mhux magħrufa.

More in Kronaka