Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Qorti | Wara l-inċident l-akkużat telaq jiġri lejn San Ġwann

....tibda tinstema l-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-każ kontra Caruana Turner

Albert Gauci Cunningham / 20 ta' Lulju 2018 19:39
Ix-xena tal-inċident
Iż-żagħżugħ ta' 20 sena li kien involut f'inċident bil-karozza illi ħalla persuna mejta u seba' minn nies mweġġgħin, telaq jiġri mix-xena tal-inċident, lejn San Ġwann fejn kien imwaqqaf mill-Pulizija. 

Dan ħareġ mill-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-każ kontra Michael Caruana Turner minn Birkirkara, li kien qed isuq il-vettura tat-tip Subaru Impreza meta tilef il-kontroll tal-vettura u baqa' tiela fuq il-bankina, f'numru ta' nies li dak il-ħin kienu qed jippassiġġaw. 

L-akkużat wieġeb mhux ħati illi b'negliġenza wassal għall-mewt ta' Tim Scholten ta' 19-il sena u li weġġa ħafif lil seba' oħra, kif ukoll li saq ħażin u taħt l-influwenza tal-alkoħol. 

L-ispettur Trevor Micallef qal lill-Qorti illi l-akkużat sparixxa minn fuq il-post wara l-inċident, biex imbagħad inbstab miexi iktar tard fi Triq San Ġiljan. 

 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook