Mara ta' 66 sena tittajjar f'Ħal Luqa

...intlaqtet minn vettura tat-tip Kia Sportage fi Triq San Ġorġ

Illum għall-ħabta tad-9:15 am il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Sant’Andrija kantuniera ma` Triq San Ġorġ, Ħal Luqa.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li mara li għandha 66 sena, residenti Ħal Luqa, għal xi raġuni ntlaqtet minn vettura tat-tip Kia Sportage, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 47 sena li toqgħod l-Imġarr.

Fuq il-post issejħet ambula nza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, hija ġiet ċertifikat li qegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

More in Kronaka