L-aħħar tislima lil Hugo; Nhar il-Ħamis f'Raħal Ġdid

Hugo Chetcuti se jingħata l-aħħar tislima f'Raħal Ġdid, tħabbar il-kumpanija li kien imexxi

Il-funeral ta' Hugo Chetcuti, li miet wara li kien attakkat b'sikkina ħdejn stabbiliment tiegħu stess, se jsir nhar il-Ħamis f'Raħal Ġdid fl-10:00 a.m.

Dan tħabbar fi stqarrija minn Hugo's Group,  li l-fundatur tiegħu huwa l-stess Chetcuti. 

L-istqarrija tgħid li għall-funeral kulħadd għandu jilbes l-iswed u l-mowbajl għandu jkun mitfi waqt iċ-ċerimonja. 

Il-Grupp qed iħeġġeġ lil dawk kollha li jixtiequ jagħmlu donazzjonijiet biex jagħmlu dan lil Creche tal-Ursulini, Triq Karm Galea, Sliema, Malta, SLM 1934 (donazzjonijiet jistgħu jsiru onlajn fuq  www.rip.com.mt/charities).

More in Kronaka