Aġġornata | II-parteċipazzjoni ta' Pulizija f'marċ iġġiblu ħafna messaġġi ta' solidarjetà

Kuntistabbli li spiċċa fuq l-ispallejn f'marċ, jispiċċa fuq il-gazzetta tal-PN...u jibdew il-messaġġi ta' solidarjetà

L-istorja kif dehret fuq il-faċċata ta' 'In-Nazzjon'
L-istorja kif dehret fuq il-faċċata ta' 'In-Nazzjon'

Il-Pulizija Joseph Mangion spiċċa fuq l-ispallejn f'marċ fil-Belt Valletta fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu. Fatt illi spiċċa rrappurtat fuq il-gazzetta tal-Partit Nazzjonalista bi prominenza fuq il-faċċata ta' quddiem, illum. L-artiklu jgħid illi bosta persuni li tkellmu mal-gazzetta sostnew illi dan l-aġir kien 'kundannabbli' u sejħu l-parteċipazzjoni tal-Kuntistabbli fil-marċ bħala 'purċinellati' 

Mhux hekk jaħsbu ħafna nies oħrajn li dalgħodu tawha għal midja soċjali biex juru solidarjetà ma' Mangion. Fosthom kien hemm il-Kunsillier Laburista tal-Belt Valletta Ray Azzopardi, li staqsa lill-awtur tal-istorja għalfejn qed 'jaqbad' ma' dan il-Pulizija. Bosta oħrajn tkellmu dwar dan il-każ, fosthom, residenti Beltin. 

Persuni li kienu preżenti fil-marċ in kwistjoni sostnew illi dan l-'inċident' kien kollu spontanju, hekk kif numru ta' żgħażagħ għollew lil Mangion  fuq l-ispallejn u hu kompla magħhom. Mangion, peress li jaħdem fl-għassa tal-Belt u jkun ukoll għassa mal-berġa ta' Kastilja, huwa magħruf minn ħafna mar-residenti Beltin. 

Intant f'kuntatt ma' dan is-sit il-Kuntistabbli qal illi hu kien mgħajjat id-Depot fejn għamel statement u ikkonferma li fil-filmat kien hu. Hu ma xtaqx iwieġeb mistoqsijiet dwar jekk hux se tittieħed azzjoni ulterjuri kontrieh. 

More in Kronaka