Akkużat li serqilha l-mowbajl waqt li kienet qed tistenna fuq bus stop f'Birżebbuġa

...il-Qorti ma tilqax it-talba biex jingħata ħelsien mill-arrest

Raġel mill-Ghana  u li jgħix Birżebbuġa ttella l-Qorti akkużat illi seraq mowbajl, billi ħatfu mingħand żgħażugħa li kienet qed tużah dak il-ħin.

Ir-raġel li deher quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace huwa mifhum li seraq mowbajl tat-tip Samsung Galaxy S6. Iż-żgħażugħa kienet qed tistenna tal-linja fuq il-bus stop f'Birżebbuġa stess. 

L-Avukat David Camilleri qal li l-klijent tiegħu, r-raġel mill-Għana, qed jirrispondi mhux ħati u talab il-ħelsien mill-arrest għax "mhuwiex sew jinżamm arrestat għax seraq mowbajl."

Il-Qorti iżda m'aċċettatx it-talba tal-akkużat wara li dan ripetutament wieġeb li m'għandux indirizz fiss. Għalhekk huwa se jinżamm fil-kustodja tal-Pulizija. 

More in Kronaka