Sgassa tieqa ta' ħanut u seraq il-flus fis-siegħat bikrin ta' filgħodu

Serqa minn ħanut fil-Ħamrun tħalli s-sid bi ġrieħi...l-Pulizija qed tinvestiga

(Arkivji)
(Arkivji)

Matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tat-3:15 am, il-Pulizija rċeviet rapport ġewwa l-Għassa tal-Ħamrun li kienet għadha kemm seħħet serqa minn ħanut fi Triq il-Kunċizzjoni, il-Ħamrun.

Minn stħarriġ preliminari li għamlet il-Pulizija, irriżulta li raġel mhux magħruf kien daħal fil-ħanut billi allegatament sgassa tieqa sabiex jisraq. F’dak il-ħin, ġewwa, kien hemm is-sid, raġel ta’ 37 sena li pprova jwaqqaf lill-ħalliel. Jidher li r-raġel ta’ 37 sena sofra xi ġrieħi wara li allegatament safa’ aggredit permezz ta’ arma li taqta’ u bil-ponta. Il-ħalliel irnexxielu jaħrab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.

Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja

More in Kronaka