Rapporti jgħidu li Cmelik kien impjegat ta' Hugo li kien għadu kif tkeċċa

Rapport dalgħodu f'ġurnal lokali jidentifika lil Bojan Cmelik bħala impjegat ta' Hugo Chjetcuti li kien għadu kemm tkeċċa....

L-akkużat bl-attentat ta' qtil ta' Hugo Chetcuti
L-akkużat bl-attentat ta' qtil ta' Hugo Chetcuti

Jidher illi r-raġel Serb li prova joqtol lil Hugo Chetcuti seta' fil-fatt kien impjegat tiegħu sa ftit żmien ilu biss. Rapport fuq il-Malta Independent jgħid illi Bojan Cmelik ta' 35 sena  kien għadu kif tkeċċa mix-xogħol minn stabbiliment li tiegħu Chetcuti huwa s-sid. 

Nhar il-Ġimgħa, tard bil-lejl Chetcuti qala' daqqiet ta' sikkina, bl-akkużat jaħrab minn fuq il-post fejn seħħ l-allegat attentat ta' qtil u jinqabad f'Tas Sliema, ħdejn l-Isptar St. James. Cmelik qed jiffaċċja erba' akkużi quddiem il-Qorti, b'waħda tkun li prova jneħħi jew inkella jipperikola l-ħajja ta' Chetcuti. 

Ara hawnhekk l-istorja ta' Hugo; in-negozji li għandu u l-każi quddiem il-Qorti

More in Kronaka