Tfajla tweġġa' wara li daħlet bil-karozza f'arblu tad-dawl

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija fl-inħawi tas-Salib, limiti tar-Rabat

Żagħżugħa ta' 23 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-karozza u ħabtet ma' arblu tad-dawl.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija fl-inħawi tas-Salib, limiti tar-Rabat.

Minħabba l-impatt, iż-żagħżugħa sfat maqbuda fil-karozza u kellhom jissejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistuha.

Tim mediku ħa lit-tfajla Mater Dei filwaqt li l-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

More in Kronaka