Tifel iweġġa' f'inċident tat-traffiku fil-Ħamrun

L-inċident seħħ dalgħou fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun

Tifel ta' 12-il sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f'inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun.

Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-10am, meta seħħet ħabta bejn vettura misjuqa minn raġel ta' 44 sena residenti Birkirkara u karozza misjuqa minn żagħżugħ ta' 21 sena residenti Ħal Qormi.

Flimkien maż-żagħżugħ ta' 21 sena kien hemm passiġġiera mara u t-tifel ta' 12-il sena li weġġa'.

Ħadd aktar minn dawk involuti fl-inċident ma weġġa'

More in Kronaka