Aġġornata | Tifla ta' sentejn fil-periklu tal-mewt wara li ġiet salvata minn ġo pool

Inċident ftit tal-ħin ilu seta' ħalla tifla ta' sentejn bla ħajja...

Is-sit illum.com.mt jinsab infurmat li tifla ta' sentejn ittellgħet minn ġo pool mitlufa minn sensiha.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra f'residenza fi Triq il-Mannar fix-Xagħra.

It-tifla ddaħlet minnufih l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fejn ġiet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt u mistennija tkun trasferita fil-ħin li ġej fl-Isptar Mater Dei.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali

More in Kronaka