Anzjana titlef ħajjitha wara li ttajret minn vettura

Il-każ seħħ dalgħodu fi Triq il-Ħamrija fix-Xewkija 

Ritratt Arkivji
Ritratt Arkivji

Anzjana tilfet ħajjitha wara li ttajret minn vettura fi Triq il-Ħamrija fix-Xewkija.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-6:30am.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li l-anzjana, li għanda 78 sena ntlaqtet minn vettura misjuqa minn żagħżugħa ta' 25 sena mix-Xewkija stess.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna medika iżda l-anzjana kienet iċċertifikata mejta fuq il-post.

 

More in Kronaka