Tifel ta' 10 snin iweġġa' f'inċident tat-traffiku

Il-każ seħħ illum waranofsinhar fi Triq Diċembru 13 fil-Marsa

Ritratt Arkivji
Ritratt Arkivji

Tifel ta’ 10 snin li kien passiġġier f'karozza ddaħħal l-isptar wara ħabta fi Triq Diċembru 13 fil-Marsa.

Il-każ seħħ illum għall-ħabta ta' nofsiegħa.

It-tifel kien passiġġier f'karozza misjuqa minn mara ta' 52 sena minn Ħaż-Żabbar li ħabtet ma' vann misjuq minn raġel Ingliż ta' 40 sena.

Il-kundizzjoni tat-tifel għadha mhux magħrufa.

More in Kronaka