Anzjan bi ġrieħi serji wara li waqa' ġo bir

Jidher li l-anzjan, li għandu 77 sena, waqa għoli ta' madwar sular

Ritratt mill-arkivji
Ritratt mill-arkivji

Anzjan qed isofri minn ġrieħi sejri wara li waqa' ġo bir f'residenza fi Triq l-Imdina f'Ħaż-Żebbuġ.

Jidher li l-anzjan, li għandu 77 sena, waqa għoli ta' madwar sular. Il-każ seħħ illum għall-ħabta ta' nofsinhar.

Fuq il-post issejħu l-Protezzjoni Ċivili biex joħorġu lill-anzjan li ttieħed immedjatament Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejja.

More in Kronaka