Raġel bi ġrieħi gravi wara li ttajjar fil-Belt Valletta

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-8:30am fi Triq l-Arċisqof

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vettura fi Triq l-Arċisqof fil-Belt Valletta.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-8:30am.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li r-raġel li għandu 42 sena mill-Imsida ntlaqat minn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta' 27 sena mill-Ħamrun.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ.

More in Kronaka