Anzjan bi ġrieħi gravi wara li qala' daqqiet ta' oġġett iebes

Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tal-11:30am, fi Triq il-Kbira f'Birkirkara

Anzjan ta' 63 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li qala' daqqiet ta' oġġett iebes f'argument li kellu ma' raġel ieħor.

Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tal-11:30am, fi Triq il-Kbira f'Birkirkara.

Mill-ewwel informazzjoni, l-anzjan ġie fl-idejn ma' raġel ieħor ta' 44 sena minn San Pawl il-Baħar.

L-anzjan ittieħed Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejja. 

More in Kronaka