Schembri qed jaqleb għall-aħjar...beda jimxi wkoll

...fix-xhieda dalgħodu fil-Qorti ntqal li l-Kuntistabbli li kien bejn ħajja u mewt qed jaqleb għall-aħjar

PC Simon Schembri
PC Simon Schembri

Il-kundizzjoni tal-Kuntistabbli Simon Schembri bdiet sejra 'l quddiem tant li dalgħodu waqt li kienet qed tinstema' x-xhieda l-Prosekuzzjoni, apparti li fakkret kif Schembri ħareġ mill-ITU, qalet ukoll kif issa beda jimxi mill-ġdid ukoll. 

Għal mumenti wara l-inċident Schembri kien bejn ħajja u mewt. Schembri safa attakkat minn żgħażugħ ta' 17-il sena li qed ikun akkużat b'attentat ta' qtil. 

More in Kronaka