Mara bi ġrieħi gravi wara ħabta ma' trakk f'Ħaż-Żebbuġ

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu fi Triq is-Siġġiewi

Mara qed issofri minn ġrieħi gravi wara ħabta bejn karozza u trakk fi Triq is-Siġġiewi Ħaż-Żebbuġ.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li l-mara, li għandha 42 sena miż-Żurrieq, ħabtet ma’ trakk misjuq minn raġel ta’ 45 sena, li joqgħod il-Ħamrun.

Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lill-mara li kienet maqbuda fil-vettura tagħha.

Il-vittma ttieħdet Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi. Is-sewwieq tat-trakk ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

More in Kronaka