Raġel jaqa' tliet sulari minn gallarija

L-inċident seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-4:00am, fi Vjal Portomaso

Raġel qed isofri minn ġrieħi ta' natura gravi wara li waqa' minn gallarija f'San Ġiljan.

L-inċident seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-4:00am, fi Vjal Portomaso.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li r-raġel Franċiż waqa' għoli ta' madwar tliet sulari.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei biex jgħinu lill-vittma kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ.

More in Kronaka