Qorti | 'Ma kellux għalfejn jagħmel hekk'

...l-ewwel reazzjoni tal-Kuntistabbli Simon Schembri mumenti wara li għadda minn inċident li ħallieh jissielet għall-ħajja

Kompliet tinstema' l-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Liam Debono quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, b'wieħed mill-ewwel nies li kienu fuq il-post jgħidu x'kienet l-ewwel reazzjoni tal-Kuntistabbli Simon Scbembri wara li ttajjar u saħansitra tkaxkar taħt karozza għal xi metri. 

L-uffiċjal tal-Protezzjoni Ċivili Luca Crisafolli kien l-ewwel li ta' l-għajnuna lil Schembri. 

Hu u jipprova jwaqqaf id-demm milli joħroġ Schembri qal lil Crisafolli;  "ma kellux għalfejn jagħmel hekk, kull m'għamilt pruvajt inwaqqfu." Hu kien qal lil Crisafolli li kellu uġigħ f'sidru.

More in Kronaka