Ċiklist jitlef ħajtu kmieni dalgħodu

Iċ-ċiklist ittajjar minn vettura fi Triq Mikiel Anton Vassallo

Ċiklist tilef ħajtu wara li ttajjar kmieni dalgħodu fl-Imsida.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:45pm fi Triq Mikiel Anton Vassalli.

Huwa ttajjar minn raġel ta' 35 sena, residenti l-Imsida.

Iċ-ċiklist huwa Sirjan ta' 53 sena residenti r-Rabat, Għawdex.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard ġie ċċertifikat mejjet. 

More in Kronaka