Aġġornata | Allarm falz; L-ebda ħaddiem maqbud taħt l-art

Rapporti jgħidu li numru ta' nies jinsabu maqbudin taħt l-art fiż-żona ta' Ħas Saptan

Il-Pulizija kkonfermat li ma hemm l-ebda ħaddiema maqbuda taħt it-terrapien f'mina fl-impjant tal-Enemed fiż-żona ta' Ħas Saptan.

Jidher li bdiet tfittxija wara li sitt ħaddiema ma setgħux jinstabu u għalhekk inħoloq paniku li seta' seħħ xi inċident.

Fuq il-post laħqu ssejħu ambulanza, il-protezzjoni ċivili u anke numru ta' vetturi tat-tifi tan-nar.

Madanakollu rriżulta li ma kien ġara xejn.

More in Kronaka