Anzjan f'qagħda gravi wara li waqa' żewġ sulari

Ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħlijiet f'sit ta' kostruzzjoni f'Birkirkara

Anzjan qed isofri minn ġrieħi serji wara li waqa’ żewġ sulari f’sit ta’ kostruzzjoni f’Birkirkara.

Il-każ seħħ illum għall-ħabta tal-kwarta fi Triq Santa Rita.

Ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħlijiet meta għal xi raġuni waqa’ għal isfel.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u anke l-Protezzjoni Ċivili.

Ir-raġel jinsab rikoverat l-Isptar Mater Dei.

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.

More in Kronaka