Isabbat rasu mal-bieb taċ-ċella u jweġġa' Surġent

Raġel ġie arrestat fil-Mellieħa, weġġa' lilu nnifsu fiċ-ċella u sakemm iddaħħal l-Isptar ikkawża ġrieħi lil Surġent

Raġel li kien qed jinżamm arrestat fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizij kellu jiddaħħal l-Isptar wara li beda jaġġixxi b’mod aggressiv u jsabbat rasu mal-bieb taċ-ċella.

Ir-raġel, mit-Tuneżija, baqa’ aggressiv anke meta ddaħħal l-Isptar tant li weġġa’ wkoll Surġent tal-Pulizija li kien qed jeskortah.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-ħdax, ftit wara li r-raġel kien arrestat fil-Mellieħa meta beda jġib ruħu b’mod aggressiv ma’ diversi persuni waqt attività.

Apparti li weġġa’ lilu nnifsu, ir-raġel għamel diversi ħsarat ukoll fiċ-ċella.

More in Kronaka