Anzjan bi ġrieħi serji wara li waqa' minn fuq sellum

L-anzjan għandu 84 sena u kien qed jagħmel xi xogħlijiet fid-dar tiegħu stess

Anzjan ta’ 84 sena qed isofri minn ġrieħi serji wara li waqa’ minn fuq sellum.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00am fir-residenza tal-anzjan stess, fi Triq Nicolo Isouard, fil-Mosta.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li appuntat inkjesta.

L-invesitagazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka