Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Pulizija li ma kienx xogħol jisfratta serqa f'Ħ'Attard

Il-każ seħħ tard ilbieraħ filgħaxija fi Triq l-Imdina meta żewġ persuni allegatament ippruvaw jidħlu f'ħanut

Yendrick Cioffi / 16 ta' Mejju 2018 10:04
Ritratt : Arkivji
Tard ilbieraħ filgħaxija pulizija li ma kienx xogħol irnexxielu jisfratta serqa li x’aktarx kienet se ssir f’ħanut f’Ħ’Attard.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li pulizija off-duty innota żewġ persuni quddiem ħanut li kienu qed jaġġixxu b’mod suspettuż.

Malli dawn il-persuni ndunaw bil-pulizija, telqu minn fuq il-post b’vettura li kienet ipparkjata fil-viċin.

Fuq il-post, fi Triq l-Imdina, ġew innutati xi ħsarat fuq il-bieb tal-ħanut.

Ftit tal-ħin wara dawn iż-żewġ persuni nstabu fi Triq il-Pitkalija u ġew arrestati.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:00pm.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook