Raġel isofri ġrieħi gravi wara li ttajjar f'Tas-Sliema

Il-każ seħħ fi Triq Rodolfu għall-ħabta tal-10:15am

Raġel qed iosfri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vettura fi Triq Rodolfu, Tas-Sliema.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:15 am.

Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel, Taljan li għandu 51 sena, għal xi raġuni safa milqut minn vettura misjuqa minn anzjan ta’ 76 sena.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

More in Kronaka