Tnejn l-isptar wara ħabta bejn karozza u tal-linja

L-inċident seħħ fi Triq il-Palma f'Raħal Ġdid

Żewġ persuni ddaħħlu l-Isptar wara ħabta bejn karozza u tal-linja fi Triq il-Palma f’Raħal Ġdid.

Persuna minn dawk li ddaħħlet l-Isptar kienet passiġġiera f'Tal-Linja filwaqt li ddaħħal ukoll is-sewwieq tal-karozza.

Fuq il-post issejħu wkoll il-protezzjoni ċivili.

Il-kundizzjoni ta' dawk li weġġgħu għadha mhux magħrufa.

Ritratt: Facebook - Waqfet tal-linja

More in Kronaka