Raġel bi ġrieħi gravi wara li ttajjar fir-Rabat

L-inċident seħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq Buqana

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vettura fir-Rabat.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq Buqana.

Mill-ewwel investigazzjoni jirriżulta li r-raġel ta’ 41 sena miż-Żurrieq intlaqat minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 61 sena li joqgħod Ħal Għaxaq.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka