Bouncers jiġru wara raġel li hedded tfajla b'sikkina

Ir-raġel ġie arrestat u qed jinżamm għal aktar investigazzjonijiet

Raġel ġie arrestat wara li ħebb għal tfajla b’sikkina bil-għan li jisirqilha l-basket.

Kelliema għall-Pulizija qalet mal-Illum.com.mt li l-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq il-Qasam ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.

Jidher li r-raġel, Libjan, ħebb għal żewġ tfajliet Maltin u hedded waħda minnhom b’sikkina.

Bouncers ġrew warajh u rnexxielhom iwaqqfuh ftit passi ‘l bogħod.

Hu ġie arrestat ftit wara u qed jinżamm għal aktar investigazzjonijiet.

Ħadd ma weġġa’ f’dan inċident.

More in Kronaka