Sqalli jaqa' ħames sulari f'bokka ta' lift

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-10.30 fi Triq D’Argens fil-Gżira

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Sqalli ta’ 42 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar ħames sulari minn bokka ta’ lift.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-10.30 fi Triq D’Argens fil-Gżira.

Fuq il-post issejħet għall-assistenza tal-Pulizija kif ukoll ta’ tim mediku li ħadu lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka