Anzjan bi ġrieħi gravi wara li waqa'

Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9 fi Triq Karlu Maratta f’Ħal Tarxien

Ritratt | Media Police
Ritratt | Media Police

Anzjan ta’ 70 sena mill-Gudja sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ meta kien qed jagħmel xi xogħlijiet.

Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9 fi Triq Karlu Maratta f’Ħal Tarxien.

Mill-istħarriġ preliminari jirriżulta li r-raġel kien qed jagħmel xogħol fuq il-bejt ta’ washroom meta waqa’ u ġie fuq il-bejt tar-residenza.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija, membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku b’ambulanza li ħadu lill-anzjan l-isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka