Raġel isofri minn ġrieħi gravi wara li jaqa' xi ġebel fuqu

Raġel minn Ħaż Żebbuġ jindarab u jsofri minn ġrieħi gravi wara aċċident f'San Ġiljan...

Illum, għall-ħabta tal-3:50 pm il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa sit ta’ kostruzzjoni fi Trejqet il-Bajja, San Ġiljan.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 53 sena, residenti Ħaż-Żebbuġ, safa’ ferut wara li għal xi raġuni waqgħet blata fuqu waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fl-istess sit.

Fuq il-post issejħu l-Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ team mediku sabiex jassistu.  Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr J Mifsud LL.D li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja. 

More in Kronaka