Żgħażagħ iweġġgħu gravi f'inċident f'Għawdex

Dan meta l-karozza li kienu fiha nqalbet 

Ritratt | Media Police
Ritratt | Media Police

Żagħżugħ ta’ 19-il sena mix-Xagħra u tfajla ta’ 17-il sena minn Għajnsielem sofrew ġrieħi gravi f’inċident li seħħ fiż-Żebbug f’Għawdex.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30 ta’ filgħaxija tal-lbierah fi Triq Marsalforn meta ż-żagħżugħ, li kien qed isuq il-karozza, laqat is-‘central strip’ bil-konsegwenza li l-karozza nqalbet.

Fuq il-post issejħet għall-assistenza tal-Pulizija kif ukoll ta’ tim mediku b’ambulanza li ħadu liż-żgħażagħ l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

More in Kronaka