Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

L-inċident seħħ dalgħodu fin-Naxxar

Ritratt | Media Police
Ritratt | Media Police

Sewwieq ta’ mutur ta’ 49 sena sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-11 fi Triq Tul il-Kosta fil-limiti tan-Naxxar meta s-sewwieq tal-mutur, li huwa residenti l-Imtarfa, intlaqat minn karozza misjuqa minn Bulgaru ta’ 36 sena.

Fuq il-post issejħet għall-assistenza tal-Pulizija kif ukoll ta’ tim mediku b’ambulanza li ħadu lir-raġel l-isptar għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

More in Kronaka