12-il kaċċatur Malti miżmum mill-awtoritajiet fi Sqallija

Il-Maltin twaqqfu mill-Guardia di Finanza wara li nstab li kienu qed iġorru ammont konsiderevoli ta’ għasafar protetti

Ritratt | Ragusa News
Ritratt | Ragusa News

12-il kaċċatur Malti twaqqfu mill-Awtoritajiet Taljani fi Sqallija meta kienu se jirkbu l-katamaran minn Pozzallo.

Il-Maltin twaqqfu mill-Guardia di Finanza wara li nstab li kienu qed iġorr ammont konsiderevoli ta’ għasafar protetti.

L-Awtoritajiet Taljani ssekwestraw l-għasafar kif ukoll is-snieter, il-munizzjon, kif ukoll tagħmir li jintuża biex isejħu l-għafar, li kellhom il-kaċċaturi Maltin.

Skont rapporti fil-midja Taljana, uħud mill-kaċċaturi ma kellhomx il-permessi meħtieġa.

Jirriżulta li l-Awtoritajiet Taljani ilhom mill-bidu tas-sena jintensifikaw il-kontrolli f’Pozzallo.

More in Kronaka