Aġġornata | Eġizzjan jinstab mejjet ħdejn il-Kappella ta' San Dimitri

Ir-raġel huwa Eġizzjan ta' 42 sena li kien magħruf mal-Pulizija

Il-Pulizija mill-Għassa tar-Rabat f’Għawdex sabu l-katavru tal-Eġizzjan Walid Salah Motaleb Mohammed f’għadira demm fl-inħawi ħdejn il-Kappella ta’ San Dimitri fl-Għarb.

Is-sejba saret dalgħodu għall-ħabta tat-7.45 meta l-Pulizija ġew infurmati li fl-inħawi kien hemm katavru.

Jidher li ħdejn il-katavru tal-Eġizzjan, li għandu 42 sena, instabu numru ta’ skrataċċ.

Jirriżulta wkoll li r-raġel kien magħruf mal-Pulizija hekk kif fl-2015 kien ġie kkundannat piena ta’ priġunerija wara li kien instab ħati li hedded lis-sieħba tiegħu.

Il-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini ġie infurmat bil-każ u ħatar numru ta’ esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. Dan huwa l-ewwel każ ta’ omiċidju għas-sena.

More in Kronaka