Irlandiż jitlef ħajtu wara li tilef il-kontroll tal-karozza

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5 ta’ filgħaxija fi Triq Ħaġar Qim fil-Qrendi 

Ritratt | Media Police
Ritratt | Media Police

Irlandiż ta’ 56 sena residenti l-Imqabba tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5 ta’ filgħaxija fi Triq Ħaġar Qim fil-Qrendi, meta r-raġel tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq u baqa’ dieħel f’ħajt fl-istess triq.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija kif ukoll tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex ir-raġel inħareġ mill-karozza u wara ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura.

Sfortunatament aktar tard huwa ġie ċċertifikat mejjet.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Neville Camilleri, li ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.

More in Kronaka