Aġġornata | Rapport falz li kien hemm bomba fi Spinola

Wara tfittxija estensiva li saret mill-Pulizja u membri tal-AFM ma rriżultax li kien hemm bomba

Ritratt | Google Maps
Ritratt | Google Maps

Kien rapport falz, dak li wasal għand il-Pulizija dalgħodu li kien hemm bomba fi stabbiliment tal-McDonald’s fi Spinola f’San Ġiljan.

Il-Pulizija waslilhom ir-rapport għall-ħabta tad-9.30 ta’ filgħodu u marru immedjatament fuq il-post.

Issejħet ukoll l-assistenza tat-Taqsima tal-Klieb u l-Forzi Armati ta’ Malta mit-Taqsima ta’ Kontra l-Isplussivi.

Il-persuni li kienu fl-istabbiliment tal-ikel ġew evakwati u t-triq ingħalqet għal xi ħin.

Wara tfittxija li saret mill-Pulizija ma rriżultax li kien hemm bomba.

Is-sitwazzjoni fl-inħawi rritornat għan-normal u t-triq reġgħet infetħet għat-traffiku.

More in Kronaka