Żewġ nisa jintlaqtu minn karozza f'Wied il-Għajn

Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-8.30 fi Triq Sant’Anna

Mara ta’ 73 sena ġarrbet ġrieħi gravi u oħra ta’ 59 sena weġġgħet ħafif wara li ntlaqtu minn karozza f’Wied il-Għajn.

Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-8.30 fi Triq Sant’Anna meta n-nisa ntlaqtu minn karozza misjuqa minn mara ta’ 37 sena residenti Wied il-Għajn.

Fuq il-post issejħet għall-assistenza tal-Pulizija kif ukoll tim mediku b’ambulanza li ħadu lin-nisa l-isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka