Tispiċċa ssofri minn ġrieħi gravi wara li tittajjar minn vann

....il-mara sfat milquta minn vann wara nofsinhar

Illum, għall-ħabta tas-2:15 pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Birkirkara, San Ġwann. Il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li mara ta’ 68 sena, residenti San Ġwann, għal xi raġuni sfat milquta minn vettura tat-tip Toyota Corolla li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 54 sena li joqgħod San Ġwann.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iktar tard ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja

More in Kronaka