Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Deċiżjoni tal-Avukat Ġenerali twaqqa' każ ta' allegat involviment fid-droga

Jieqfu proċeduri kontra raġel li kien imressaq il-Qorti fuq akkużi ta' involviment fit-traffikar ta 4.6 Kg kannabis

Albert Gauci Cunningham / 6 ta' Diċembru 2017 18:38
(Arkivji)
F'azzjoni mhux daqstant komuni l-Avukat Ġenerali iddikjara li minn kumpilazzjoni ta' evidenza ta' każ relatat mat-traffikar tad-droga ma kienx hemm biżżejjed evidenza biex jsiru akkużi fil-konfront ta' Carmel Debono, fuq allegat involviment ta' qabda ta' kannabis. Dan huwa każ li jmur lura għall-2010 meta il-Pulizija kienet sabet 4,6 Kg ta' kannabis.

Carmel Debono mill-Fgura, flimkien ma' Clayton Azzopardi ta' 34 sena minn Ħat-Tarxien kienu mtellgħin il-Qorti b'konnessjoni ma' 20 blokka ta' kannabis li nstabu sentejn qabel fl-Imsida. Id-droga kienet instabet fir-residenza ta' persuna li kienet tmexxi bar partikolari ħdejn il-Junior College. 

Filmat CCTV u komunikazzjoni bil-mowbajl kienu wasslu biex dawn it-tnejn jitressqu l-Qorti. Id-dikjarazzjoni ta-Avukat Ġenerali effettivament tfisser illi ladarba l-Prosekuzzjoni mhux se tmexxi, l-proċeduri kontra Debono jieqfu.

L-Avukati Franco Debono u Amadues Cachia dehru għall-akkużat. 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook