Żagħżugħ bi ġrieħi gravi wara li sofra minn ħruq

Jirriżulta li ż-żagħżugħ qabbad xi skart li kien qed jarmi, li kien fih materjal relatat mal-logħob tan-nar

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Żagħżugħ ta’ 29 sena minn Ħal Għaxaq sofra minn ħruq f’inċident li seħħ fi Triq Tal-Garda fil-limiti ta’ Ħal Għaxaq.

Mill-investigazzjonijiet preliminari tal-Pulizija jirriżulta li ż-żagħżugħ qabbad xi skart li kien qed jarmi, li kien fih materjal relatat mal-logħob tan-nar.

Dan wassal biex iż-żagħżugħ sofra minn ħruq.

Fuq il-post issejħet għall-assistenza tal-Pulizija kif ukoll tim mediku b’ambulanza li ħadu liż-żagħżugħ l-isptar Mater Dei għall-kura hekk kif sofra minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.

More in Kronaka