Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Imut il-Kap tal-Mafja fi Sqallija Totò Riina

Riina kien qed iservi 26 sentenza ta’ għomor il-ħabs

Jesmar Baldacchino / 17 ta' Novembru 2017 10:31
Il-Kap tal-Mafja fi Sqallija Salvatore ‘Totò Riina miet b’kanċer fl-isptar tal-ħabs fejn kien miżmum, fl-età ta’ 87 sena.

Riina kien qed iservi 26 sentenza ta’ għomor il-ħabs.

Il-Ministru għall-Ġustizzja ta permess lill-familja tiegħu biex jibqgħu ħdejh fl-aħħar ħinijiet ta’ ħajtu.

Dan hekk kif kien tpoġġa f’koma wara li kienu sarulu żewġ interventi kirurġiċi minħabba l-kanċer.

Huwa kien ġie arrestat mill-Pulizija tal-Antimafja fl-1993 meta kien f’Palermo.

Riina, magħrufa bħala l-Kap ta’ Cosa Nostra u l-Kap tal-Kapijiet, kien l-id moħbija wara l-qtil tal-Imħallfin Giovanni Falcone u Paolo Borsellino b’karozzi bomba fl-1992.

Ibnu Giovanni wkoll jinsab jiskonta sentenza ta’ għomor il-ħabs.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook